Quddiem In front of

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal QUDDIEM isir biż-żewġ idejn. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 magħluq u titqiegħed quddiem, bil-pala tal-id tħares ’il ġewwa. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ 1 jew ta’ 5 magħluq bil-pala tħares ’il ġewwa ukoll u tinżel minn quddiem l-id l-oħra.

Il-post (jiġifieri quddiem xiex) jista’ jiġi indikat bil-werrej qabel ma jsir is-sinjal għal QUDDIEM. L-id wieqfa tista’ tieħu forma oħra skond xi tkun tirrappreżenta. Jiġifieri tista’ tintuża bħala classifier.

The sign for IN FRONT OF is made with both hands. One hand takes the shape of closed 5 with palm facing inwards and is held at the front. The other hand takes the shape of closed 5 with palm facing downwards. This hand moves down in front of the other hand.

The location (that is, in front of what) can be pointed to before the sign for IN FRONT OF is made. The stationary hand can take a different shape depending on what it represents. That is, it can be used as a classifier.